Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Settembru 2011 - Centrotherm Systemtechnik vs UASI - centrotherm Clean Solutions (CENTROTHERM)

(Kawża T-434/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' revoka - Trade mark Komunitarja verbali CENTROTHERM - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Ammissibbiltà ta' provi ġodda - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Eċċezzjoni ta' illegalità - Regola 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Centrotherm Systemtechnik GmbH (Brilon, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Albrecht u U. Vormbrock, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider et R. Manea, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG (Blaubeuren, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Löffel, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta' Awwissu 2009 (Każ R 6/2008-4), dwar proċedimenti ta' revoka bejn centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG u Centrotherm Systemtechnik GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Centrotherm Systemtechnik GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 312, 19.12.2009.