Language of document : ECLI:EU:T:2011:184





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ April 2011 – TTNB vs UASI – March Juan (Tila March)

(Kawża T‑433/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Tila March – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CARMEN MARCH – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 23, 60)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Awwissu 2009, (Każ R 1538/2008‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Carmen March Juan u TTNB.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Tamara Taichman, bir-rikorrenti bħala s-suċċessur tagħha, TTNB

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali Tila March għall-prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5402722

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Carmen March Juan

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali Spanjola CARMEN MARCH għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 24, 25, 35 u 38, billi l-oppożizzjoni kienet diretta kontra r-reġistrazzjoni għall-prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-oppożizzjoni annullata


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TTNB hija kkundannata għall-ispejjeż.