Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – GL2006 Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-435/09)1

(“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratti ta’ sostenn finanzjarju konklużi fil-kuntest tal-ħames u s-sitt programm qafas għal azzjoni Komunitarja ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku u fil-kuntest tal-programm eTEN – Proġetti Highway, J WeB, Care Paths, Cocoon, Secure-Justice, Qualeg, Lensis, E-Pharm Up, Liric, Grace, Clinic u E2SP – Rexissjoni tal-kuntratti – Rimbors tas-somom imħallsa – Noti ta’ debitu – Kontrotalba – Rappreżentanza tar-rikorrent”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: GL2006 Europe Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Gardenal u E. Belinguier-Raiz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Delaude u N. Bambara, sussegwentement S. Delaude, aġenti, assistiti minn R. Van der Hout, avukat)

Suġġett

Minn naħa, rikors ippreżentat mill-kumpannija GL2006 Europe skont l-Artikolu 238 KE, abbażi ta’ klawżoli ta’ arbitraġġ, li permezz tiegħu ir-rikorrenti tikkontesta l-verifiki mwettqa fl-uffiċċji tagħha mill-OLAF f’Diċembru 2008, id-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-10 ta’ Lulju 2009 li permezz tagħha l-Kummissjoni temmet il-parteċipazzjoni tagħha f’żewġ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku, kif ukoll tnax-il nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni fis-7 ta’ Awwissu 2009, intiżi għar-rimbors tas-somom li din tal-aħħar ħalsitha fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tagħha fi tnax-il proġett ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku u, min-naħa l-oħra, kontrotalba intiża għar-rimbors tas-somom imsemmija.DispożittivMa fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ippreżentat minn GL2006 Europe Ltd.GL2006 Europe Ltd hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 2 258 456.31, flimkien mal-interessi mid-data tal-iskadenza tal-ħlas iffissata fin-noti ta’ debitu tas-7 ta’ Awwissu 2009.GL2006 Europe Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.