Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Ottubru 2009 - Centrotherm Systemtechnik vs UASI - centrotherm Clean Solutions (CENTROTHERM)

(Kawża T-434/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Centrotherm Systemtechnik GmbH (Brilon, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG (Blaubeuren, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni R 6/2008-4 tar-Raba' Bord tal-Appell, tal-25 ta' Awwissu 2009, sa fejn tintlaqa' t-talba għal revoka;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-eventwali intervenjent għall-ispejjeż sostnuti fl-intervent.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "CENTROTHERM" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11, 17, 19 u 42 (Trade mark Komunitarja Nru 1 301 019)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja rrevokata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata parzjalment u t-trade mark irrevokata parzjalment

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 57(5) flimkien mal-Artikolu 51(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, għaliex il-konvenut ma evalwax suffiċjentement il-provi ta' użu li ġew ippreżentati fit-terminu dovut;

ksur tad-dmir ta' eżami ex officio tal-fatti;

ksur tal-Artikolu 76(1) u (2) u tal-Artikolu 57(1) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll tar-Regola 40(5) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 2, għaliex il-konvenut ma ħax inkunsiderazzjoni l-provi ta' użu ppreżentati mal-motivi tal-appell;

eżerċizzju żbaljat tas-setgħa diskrezzjonali, għaliex il-provi ppreżentati, anki kieku ġew ippreżentati tard, kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni;

sussidjarjament, nuqqas ta' applikabbiltà tar-Regola 40(5) tar-Regolament Nru 2868/95 fir-rigward tal-Artikolu 241 KE, għaliex huma jiksru l-Artikolu 76(1) u l-Artikolu 57(1) flimkien mal-Artikolu 51(1) u l-Artikolu 162(1) tar-Regolament Nru 207/2009, l-Artikolu 202 KE kif ukoll il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, b'mod partikolari l-prinċipju ta' stat ta' dritt, ta' proporzjonalità, id-dritt bażiku ta' proprjetà u d-dritt għal smigħ xieraq.

____________

1 - Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).

2 - Regolament (KE) tal-Kummissjoni Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 17, Volum 01, p. 189).