Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ottubru 2011 - Microban International u Microban (Europe) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-262/10) 

("Saħħa pubblika - Lista ta' addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta' materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel - Irtirar, mill-applikant inizjali, tal-applikazzjoni għall-inklużjoni ta' addittiv fuq il-lista - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix 2,4,4'-trichloro-2'-hydroxy diphenyl éther fil-lista - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Att regolatorju - Interess dirett - Nuqqas ta' miżuri ta' implementazzjoni - Bażi legali")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Microban International Ltd (Huntersville, North Carolina, l-Istati Uniti); u Microban (Europe) Ltd (Cannock, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Sánchez Rydelski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/169, tad-19 ta' Marzu 2010, dwar in-noninklużjoni ta' 2,4,4'-trichloro-2'-hydroxydiphenyl ether fil-lista tal-Unjoni ta' addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta' materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel skont id Direttiva 2002/72/KE (ĠU L 75, p. 25).

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/169/UE, tad-19 ta' Marzu 2010, dwar in-noninklużjoni ta' 2,4,4'-trichloro-2'-hydroxydiphenyl ether fil-lista tal-Unjoni ta' addittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta' materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel skont id-Direttiva 2002/72/KE, hija annullata.

2)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Microban International Ltd u Microban (Europe) Ltd.

____________

1 - ĠU C 221, 14.08.2010.