Appell ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2023 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-27 ta’ Settembru 2023 fil-Kawżi magħquda T-256/15 u T-260/15, Telefónica u Iberdrola vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-779/23 P)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Telefónica SA u Iberdrola, SA
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2023, fil-kawżi magħquda Telefónica et vs Il-Kummissjoni Ewropea (T-256/15 u T-260/15, EU:T:2023:586);
tiċħad ir-rikorsi għal annullament fil-Kawżi T-256/15 (Telefónica vs Il-Kummissjoni), T-260/15 (Iberdrola vs Il-Kummissjoni);
tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll f’dan l-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tqajjem tliet aggravji u tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet l-iżbalji ta’ liġi li ġejjin:
1. Żball ta’ liġi dwar il-portata tad-deċiżjonijiet inizjali, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni miġjuba mill-Istat Membru (l-ewwel aggravju);
2. Żball ta’ liġi dwar il-valur ta’ prassi amministrattiva vinkolanti, billi qieset li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ skema ta’ għajnuna ma jistax jiġi estiż (it-tieni aggravju); u
3. Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi għall-iskema ta’ għajnuna kkontestata (it-tielet aggravju).
____________