Language of document : ECLI:EU:T:2013:576





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Stromberg Menswear vs UASI – Leketoy Stormberg Inter (STORMBERG)

(Kawża T‑457/12)

“Trade mark Komunitarja — Trade mark Komunitarja verbali STORMBERG — Appell kontra t-talba għal trasformazzjoni ta’ trade mark Komunitarja f’applikazzjonijiet għal trade marks nazzjonali — Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell — Appell manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 28, 29)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ appell — Appelli quddiem il-Bordijiet tal-Appell — Persuni li jistgħu jippreżentaw appell u jkunu parti fil-proċedimenti — Proċedura ta’ trasformazzjoni f’applikazzjoni għal trade mark nazzjonali (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 58, 59 u 112) (ara l-punti 36, 39, 42)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 428/2012-4), dwar it-talba għal trasformazzjoni ta’ trade mark Komunitarja f’applikazzjonijiet għal trade marks nazzjonali mressqa minn Leketoy Stromberg Inter AS.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stromberg Menswear Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.