Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Lulju 2009 - Gühring vs UASI (Taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat)

(Kawża T-299/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gühring OHG (Albstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' April 2009 (Każ R 1330/2008-1);

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Eżaminazzjoni tal-UASI tal-21 ta' Lulju 2008 li tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 6 703 581 tar-rikorrenti;

tiddeċiedi li t-trade mark li hija s-suġġett tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 6 703 581 tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/20091

sussidjarjament:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' April 2009 (Każ R 1330/2008-1);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : trade mark li tikkonsisti fit-taħlita tal-kuluri isfar ġummar u griż arġentat għal prodotti fil-klassi 7 (applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 6 703 581)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/1009 peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha karattru distintiv, kif ukoll ksur tar-Regoli tal-Proċedura, jiġifieri l-Artikoli 75 u 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).