Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2023 – DJO vs EUIPO – Hallufix u Huber (Benniena tal-imqassba għad-driegħ/riġel ferut)

(Kawża T-1102/23)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: DJO LLC (Carlsbad, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: N. Schmitz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hallufix AG (München, il-Ġermanja), Vitus Maria Huber (München)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju (Benniena tal-imqassba għad-driegħ/riġel ferut) – id-disinn Komunitarju Nru 322 557-0001

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 1499/2022-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors u temenda d-deċiżjoni kkontestata billi tannulla d-disinn Komunitarju Nru 322 557-0001;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) flimkien mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-prinċipji ta’ ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-interpretazzjoni ta’ dawk ir-regoli legali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.

____________