Language of document : ECLI:EU:T:2013:203





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ April 2013 — Aecops vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑51/11)

“FSE — Miżuri ta’ taħriġ — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Preskrizzjoni — Ċertezza legali — Drittijiet tad-difiża — Terminu raġonevoli — Obbligu ta’ motivazzjoniˮ

1.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni — Azzjoni kontra l-irregolaritajiet — Terminu ta’ preskrizzjoni — Deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija taħt il-Fond Soċjali Ewropew — Awtorità nazzjonali kompetenti responsabbli għall-irkupru tas-somom imħallsa indebitament — Inapplikabbiltà tal-imsemmi terminu fil-konfront tal-Kummissjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 2988/95, Artikolu 3(1)) (ara l-punti 42-48, 50, 52)

2.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Proċedura amministrattiva — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1)) (ara l-punti 56-58)

3.                     Politika soċjali — Fond Soċjali Ewropew — Għajnuna għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ taħriġ professjonali — Ċertifikazzjoni mill-Istati Membri tal-eżattezza tal-fatti u tal-kontabbiltà tat-talbiet tal-ħlas finali — Portata u limiti — Deċiżjoni ta’ tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Drittijiet tad-difiża — Ksur — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 2950/83, Artikoli 6(1) u 7(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 83/516, Artikolu 2(2); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 83/673, Artikolu 7) (ara l-punti 59, 63, 68, 71, 73, 74)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas, fuq proposta ta’ Stat Membru, għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew għal miżura ta’ taħriġ professjonali — Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni — Assenza (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 78-81, 94)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Ottubru 2010, li tistabbilixxi l-ammont finali tan-nefqa eliġibbli tal-għajnuna mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) mogħtija lir-rikorrenti għal miżuri ta’ taħriġ permezz tad-Deċiżjoni C (88) 831, tad-29 taʼ April 1988, għall-finanzjament taʼ miżura taʼ taħriġ (Fajl 88 0369 P1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) hija kkundannata għall-ispejjeż.