Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2024 – QN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-531/21) 1

(“Servizz publiku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2020 – Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss – Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Eżami komparattiv tal-merti – Ugwaljanza fit-trattament – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Responsabbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: QN (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff u L. Hohenecker, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ismu ma jiġix inkluż fil-lista, ippubblikata fit-12 ta’ Novembru 2020, tal-uffiċjali promossi fil-proċedura ta’ promozzjoni għas-sena 2020 u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li huwa kien issubixxa wara din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

QN huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 462, 15.11.2021.