Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2013 – Reed Exhibitions vs UASI (INFOSECURITY)

(Kawża T-633/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Reed Exhibitions Ltd (Richmond, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fl-10 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 1544/2012-5 u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “INFOSECURITY” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 41 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 155 596

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja