Language of document : ECLI:EU:T:2014:78





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Frar 2014 — Pesquerias Riveirenses et vs Il-Kunsill

(Kawża T‑180/13)

“Rikors għal annullament — Politika tas-sajd — Regolament (UE) Nru 40/2013 — Teħid inkunsiderazzjoni flimkien tal-komponenti tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-istokk tal-istokkafixx fil-Grigal tal-Atlantiku sabiex tiġi stabbilita t-TAC — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà manifesta”

Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Interess dirett — Kriterji — Regolament li jistabbilixxi l-qabda totali u unika ammissibbli għall-istokk tal-istokkafixx fil-Grigal tal-Atlantiku — Rikors ippreżentat mill-proprjetarji jew mill-operaturi ta’ bastimenti tas-sajd involuti f’dan is-sajd — Assenza ta’ interess dirett — Stabbiliment minn Stat Membru, qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament, tal-metodu tat-tqassim tal-kwota tal-allokazzjoni tas-sajd — Assenza ta’ effett (Regolament tal-Kunsill Nru 40/2013, Artikoli 5 u 10(1) u Annessi I, IA, u IB) (ara l-punti 14, 18, 22, 25)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013, tal-21 ta’ Jannar 2013, li jiffissa għall-2013, l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati (ĠU L 23, p. 54), kif emendat, sa fejn jikkunsidra flimkien il-komponenti tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-istokk tal-istokkafixx fil-Grigal tal-Atlantiku sabiex tiġi stabbilita l-qabda totali ammissibbli tal-istokkafixx irrikonoxxuta fl-Annessi IA u IB tal-imsemmi regolament.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Ir-rikorrenti, Pesquerias Riveirenses, SL, et, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.