Language of document : ECLI:EU:C:2019:1108


 


 



Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad19 ta’ Novembru 2019 –
Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld

(Kawża C645/18) (1)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Kollokament ta’ ħaddiema – Artikolu 56 TFUE – Direttiva 2014/67/UE – Artikoli 9 u 20 – Dikjarazzjoni tal-ħaddiema – Żamma ta’ dokumentazzjoni dwar is-salarji – Sanzjonijiet – Proporzjonalità – Multi ta’ ammont minimu stabbilit minn qabel – Kumulu – Assenza ta’ limitu – Spejjeż legali”

Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Kollokament ta’ ħaddiema mwettaq fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi – Direttiva 2014/67 – Rekwiżiti amministrattivi u miżuri ta’ kontroll – Obbligi fil-qasam tad-dritt tax-xogħol dwar id-dikjarazzjoni tal-ħaddiema u ż-żamma ta’ dokumenti relatati mas-salarji – Sanzjonijiet fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza – Impożizzjoni ta’ multi ta’ ammont stabbilit minn qabel – Kumulu tal-multi – Assenza ta’ limitu – Spejjeż legali li jammontaw għal 20 % tal-ammont tal-impożizzjoni fil-każ li r-rikors ippreżentat kontra l-impożizzjoni jiġi miċħud – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Assenza – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2014/67)

(ara l-punti 21, 28, 29, 32 sa 41, 43, u d-dispożittiv)

Dispożittiv

L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta’ servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi fil-qasam tad-dritt industrijali dwar id-dikjarazzjoni tal-ħaddiema u ż-żamma ta’ dokumenti dwar is-salarji, l-impożizzjoni ta’ multi ta’ ammont għoli:

–        li ma jistgħux ikunu inqas minn ammont stabbilit minn qabel;

–        li jiġu imposti b’mod kumulattiv għal kull ħaddiem ikkonċernat u mingħajr limitu massimu, u

–        flimkien ma’ kontribuzzjoni għall-ispejjeż proċedurali sa 20 % tal-ammont tagħhom fil-każ ta’ ċaħda tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li timponihom.


1       ĠU C 122, 1.4.2019.