Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Martinair Holland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-67/11)1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-ġarr ta’ merkanzija bl-ajru – Ftehimiet u prattiki miftiehma fuq diversi elementi tal-prezzijiet tas-servizzi ta’ ġarr ta’ merkanzija bl-ajru (stabbiliment ta’ sovrataxxi marbuta mal-karburant u ta’ sovrataxxi marbuta mas-sigurtà, rifjut ta’ ħlas ta’ kummissjoni fuq is-sovrataxxi) – Artikolu 101 TFUE, Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Martinair Holland NV (Haarlemmermeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: R. Wesseling, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Noë, N. von Lingen u C. Giolito, sussegwentement S. Noë, C. Giolito u A. Dawes, aġenti, assistiti minn B. Doherty, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694 finali, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ C[OMP/].39258 — Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, jew, minn tal-inqas, għall-annullament tal-Artikolu 5(b) ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn dan jimponi multa fuq ir-rikorrenti, jew it-tnaqqis ta’ din il-multa.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 7694, tad-9 ta’ Novembru 2010, li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport bl-ajru (Każ C[OMP/].39258 — Trasport ta’ merkanzija bl-ajru), hija annullata sa fejn din tirrigwarda lil Martinair Holland NV.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Martinair Holland.

____________

1 ĠU C 95, 26.3.2011.