Language of document : ECLI:EU:T:2011:693





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Novembru 2011 – EFIM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-296/09)

“Kompetizzjoni – Akkordju – Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti – Swieq tal-cartridges tal-linka – Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment – Nuqqas ta’ interess Komunitarju”

1.                     Proċedura - Produzzjoni tal-provi - Terminu - Preżentata tardiva ta’ offerti ta’ provi - Kundizzjonijiet (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(1)) (ara l-punt 22)

2.                     Dritt tal-Unjoni - Prinċipji - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Kundizzjonijiet - Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni (ara l-punt 30)

3.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Eżami tal-ilmenti - Iffissar tal-prijoritajiet mill-Kummissjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tal-interess Komunitarju fl-istruttorja ta’ kawża - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni - Stħarriġ ġudizzjarju -Portata u limiti (Artikoli 81 KE, 82 KE, 85(1) KE u 253 KE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004, Artikolu 7(2)) (ara l-punti 38-40, 59)

4.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Eżami tal-ilmenti - Eżami biss tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi li tressqu għall-konjizzjoni tal-Kummissjoni (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004, Artikolu 7(2)) (ara l-punt 41)

5.                     Kompetizzjoni - Pożizzjoni dominanti - Pożizzjoni dominanti kollettiva -Kunċett - Entità kollettiva - Kundizzjonijiet (Artikolu 82 KE) (ara l-punt 71)

6.                     Kompetizzjoni - Pożizzjoni dominanti - Eżistenza - Żamma ta’ parti kbira mis-suq - Indizju insuffiċjenti (Artikolu 82 KE) (ara l-punt 79)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 4125, tal-20 ta’ Mejju 2009, li tiċħad l-ilment COMP/C-3/39.391, dwar allegat ksur tal-Artikoli 81 u 82 KE mill-kumpanniji Hewlett Packard, Lexmark, Canon u Epson fis-swieq tal-cartridges tal-linka.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-European Federation of Ink and Ink Cartridge Manufacturers (EFIM) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Lexmark International Technology SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.