Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2024 – Kokito I Punt vs EUIPO – Fédération française de football (Rappreżentazzjoni ta’ serduk)

(Kawża T-104/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kokito I Punt, SL (Gandía, Spanja) (rappreżentanti: J. Gallego Jiménez, E. Sanz Valls, P. Bauzá Martínez u Y. Hernández Viñes, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fédération française de football (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ serduk) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 469 266

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 901/2023-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, jekk ikun hemm, tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________