Language of document : ECLI:EU:T:2012:529





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Ningbo Yonghong Fasteners vs Il-Kunsill

(Kawża T-150/09)

“Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina — Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Terminu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar dan l-istatus — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Oneru tal-prova — Aġġustament tal-ispejjeż — Artikolu 2(5) u Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li saru l-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009]”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Regolament li jistabbilixxi dazji antidumping — Dazji differenti imposti fuq sensiela ta’ impriżi — Ammissibbiltà limitata, għal kull impriża, għad-dispożizzjonijiet tar-regolament li jikkonċernawha (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 47, 48)

2.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Determinazzjoni tal-valur normali — Importazzjonijiet minn pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq fis-sens tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 384/96 — Proċedura ta’ evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet li jippermettu li produttur ikun jista’ jibbenefika mill-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Qbiż, mill-Kummissjoni, tat-terminu ta’ tliet xhur previst bit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ) tal-imsemmi regolament — Konsegwenzi (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(ċ)) (ara l-punti 50, 53-55, 57, 59, 64, 65, 68)

3.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Determinazzjoni tal-valur normali — Għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Kundizzjonijiet — Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-produtturi — Evalwazzjoni tal-provi li taqa’ fuq l-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(b) u (ċ)) (ara l-punti 75-77, 99, 100)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Metodi — Interpretazzjoni litterali, sistematika, storika u teleoloġika — Teħid inkunsiderazzjoni tal-motivazzjoni tal-att inkwistjoni (ara l-punti 114, 131-137)

5.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Determinazzjoni tal-valur normali — Għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Kundizzjonijiet — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Teħid inkunsiderazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet makroekonomiċi — Limiti — Prassi preċedenti tal-istituzzjonijiet — Assenza ta’ effett — Evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-ksib tal-imsemmi status każ b’każ (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-regolament Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(b) u (ċ)) (ara l-punti 116-120)

6.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Determinazzjoni tal-valur normali — Għoti tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Kundizzjonijiet — Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-produtturi — Natura irraġonevoli tal-imsemmi oneru — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(b) u (ċ))(ara l-punti 124-126)

7.                     Politika kummerċjali komuni — Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping — Marġni ta’ dumping — Determinazzjoni tal-valur normali — Artikolu 2(5) tar-Regolament Nru 384/96 — Dispożizzjoni li ssemmi fażi distinta tal-imsemmija determinazzjoni meta mqabbla ma’ dik imsemmija fl-Artikolu 2(7)(ċ) — Dispożizzjoni li ma tippermettix li wieħed jinjora kundizzjoni għall-ksib tal-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq (Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009, Artikoli 2(5) u 2(7)(ċ)) (ara l-punti 138, 139)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq [l-importazzjonijiet ta’] ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ningbo Yonghong Fasteners Co. Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-European Industrial Fasteners Institute AISBL.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.