Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2008 - Huvis vs Il-Kunsill

(Kawża T-221/05)1

("Dumping - Importazzjonijiet ta' fibri ta' qisien ta' qosor predeterminat tal-poliesteri li joriġinaw mill-Korea - Regolament li jwaqqaf reviżjoni interim - Applikazzjoni ta' metodu differenti minn dak użat waqt l-investigazzjoni inizjali - Ħtieġa ta' bidla fiċ-ċirkustanzi - Aġġustament mitlub minħabba spejjeż ta' kreditu - Termini għall-pagament - Oneru tal-prova - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Artikolu 2(10)(b) u (ġ), u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Huvis Corp. (Gangnam-gu, Seoul, il-Korea ta' Isfel) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, F. Di Gianni u R. Antonini, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Europea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Righini u K. Talabér-Ricz, aġenti)

Suġġett

Min-naħa, annullament ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2005, ta' l-10 ta' Marzu 2005, li jimponi dazju definittiv ta' antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' fibri ta' qisien ta' qosor predeterminat tal-poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Għarabja Sawdita, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2852/2000, li jimponi dazju definittiv ta' antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' fibri ta' qisien ta' qosor predeterminat li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u li jagħlaq il-proċedura antidumping fir-rigward tat-Tajwan (ĠU L 71, p. 1), u min-naħa l-oħra, talba skond l-Artikolu 241 KE intiża sabiex jiġu ddikjarati bħala mhux applikabbli d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 1996, L 56, p. 1), safejn dawn isostnu l-konklużjonijiet ikkontestati li jinsabu fir-Regolament Nru 428/2005.

Dispożittiv

1)    L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2005, ta' l-10 ta' Marzu 2005, li jimponi dazju definittiv ta' antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' fibri ta' qisien ta' qosor predeterminat tal-poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Għarabja Sawdita, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2852/2000, li jimponi dazju definittiv ta' antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' fibri ta' qisien ta' qosor predeterminat li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u li jagħlaq il-proċedura antidumping fir-rigward tat-Tajwan, huwa annullat, peress li d-dazju ta' antidumping stabbilit għall-esportazzjonijiet fil-Komunità Ewropea tal-prodotti manifatturati u esportati minn Huvis Corp. jeċċedi dak li kien ikun applikabbli li kieku sar aġġustament tal-valur normali abbażi tat-taxxi fuq l-importazzjoni u tat-taxxi indiretti b'applikazzjoni tal-metodu "input" użat waqt l-investigazzjoni inizjali.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u 70 % ta' dawk ta' Huvis Corp.

4)    Il-Kummissjonigħandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 193, 6.8.2005