Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2016 – Simpson vs Il-Kunsill

(Kawża F-142/11 RENV)

(Servizz pubbliku – Kawża mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament – Uffiċjali – Avvanz fil-grad – Deċiżjoni li r-rikorrent ma jingħatax il-grad AD 9 wara li għadda mill-kompetizzjoni ġenerali ta’ grad AD 9 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors manifestament infondat)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Erik Simpson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD9 wara li għadda mill-kompetizzjoni EPSO/AD/113/07 “Kapijiet ta’ unità (AD9) tal-lingwi Ċek, Estonjan, Ungeriż, Litwan, Latvjan, Malti, Pollakk, Slovakk u Sloven fil-qasam tat-traduzzjoni” u talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Erik Simpson għandu jbati l-ispejjeż tiegħu sostnuti fil-Kawżi F-142/11, T-130/14 P u F-142/11 RENV, rispettivament, u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża F-142/11.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu sostnuti fil-Kawżi T-130/14 P u F-142/11 RENV.

____________