Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Lulju 2008 - Canon Communications vs UASI - Messe Düsseldorf (MEDTEC)

(Kawża T-262/08)

Lingwa li biha ġie ppreżentat ir-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Canon Communications LLC (Los Angeles, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Mak, lawyer)

Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : Messe Düsseldorf GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' April 2008 fil-Każ R 817/2005-1; u

tordna lill-konvenut/il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "MEDTEC" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 41.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell.

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Ġermaniża Nru 39 975 563 tat-trade mark verbali "METEC" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 41; reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 752 637 tat-trade mark verbali "Metec" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti u servizzi kkontestati kollha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad l-appell

Motivi invokati: Id-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell għandha tiġi annulllata peress li hemm possibbiltà kunsiderevoli li t-trade marks nazzjonali invokati fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni huma nulli; sussidjarjament, ksur ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li mhemmx xebh bejn is-servizzi kkonċernati u għalhekk mhemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks in kwistjoni, jew, sussidjarjament, li s-servizzi kkonċernati mhumiex biżżejjed simili sabiex jiġi konkluż li hemm probabbiltà ta' konfużjoni. Sussidjarjament, għandu jiġi stabbilit li l-Bord ta' l-Appell wettaq żball meta ma kkunsidrax il-fatt li l-pubbliku kkonċernat huwa speċjalizzat ħafna u għalhekk mhux ser ifixkel it-trade marks in kwistjoni. Fl-aħħar nett, bħala motiv invokat sussidjarju, għandu jiġi stabbilit li l-Bord ta' l-Appell wettaq żball meta ma kkunsidrax il-fatt li l-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell ittollerat l-użu tat-trade mark Komunitarju kkonċernata mir-rikorrenti għal aktar minn ħames snin.

____________