Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-hof van beroep te Gent (il-Belġju) fit-13 ta’ Lulju 2023 – Belgische Staat/Federale Overheidsdienst Financiën vs Volvo Group Belgium NV
(Kawża C-436/23, Volvo Group Belgium)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Gent
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Belgische Staat/Federale Overheidsdienst Financiën
Konvenut: Volvo Group Belgium NV
Domanda preliminari
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li qiegħda tiġi kkontestata quddiem il-qorti nazzjonali (jiġifieri l-leġiżlazzjoni nazzjonali li ġiet annullata mill-Grondwettelijk Hof (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Belġju) iżda li l-effetti tagħha nżammu fis-seħħ, bi ksur madankollu tal-libertà ta’ stabbiliment b’tali mod li l-leġiżlazzjoni nazzjonali miżmuma fis-seħħ għandha titħalla mhux applikata fir-rigward tal-profitti mqassma minn kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor bi stabbiliment permanenti Belġjan), u li tipprovdi li
– taxxa hija dovuta fuq it-tqassim ta’ profitti li ma kinux ġew inklużi fir-riżultat finalment taxxabbli ta’ kumpannija residenti li fir-rigward tagħha kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor teżerċita influwenza fuq il-ġestjoni tagħha ta’ natura tali li tippermettilha tiddetermina l-attivitajiet tagħha,
– filwaqt li din it-taxxa ma hijiex dovuta fuq il-profitti inkwistjoni meta din il-kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor teżerċita l-attivitajiet tagħha fil-Belġju permezz ta’ stabbiliment permanenti jew ta’ fergħa?
____________