Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia nº 8 de La Coruña (Spanja) fis-26 ta’ Marzu 2024 – MF vs Banco Santander, SA

(Kawża C-230/24, Banco Santander)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia nº 8 de La Coruña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MF

Konvenut: Banco Santander, SA

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 u l-prinċipju ta’ ekwivalenza, jipprekludu l-possibbiltà li n-nullità minħabba natura inġusta tiġi ddissoċjata mill-effetti restitutorji, billi jiġi previst b’mod simultanju li l-azzjoni għal nullità ma tistax tiġi preskritta u li l-azzjoni għal restituzzjoni tista’ tiġi preskritta, meta fl-ordinament ġuridiku Spanjol ma hemm ebda regola jew ġurisprudenza li tapplika tali dissoċjazzjoni għal relazzjonijiet tad-dritt oħrajn?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, u rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100.