Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2013 – Construcción, Promociones e Instalaciones vs UASI – Copisa Proyectos y Mantenimientos Industriales (CPI COPISA INDUSTRIAL)

(Kawża T-345/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Construcción, Promociones e Instalaciones, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela u J. L. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Copisa Proyectos y Mantenimientos Industriales, SL (L’Hospitalet de Llobregat, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ April 2013 fil-Każ R 1935/2012-2, li tilqa’ l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 600 313 “CPI COPISA INDUSTRIAL” (MIXTA), b’impożizzjoni tal-ispejjeż fuq il-konvenut kif ukoll, jekk ikun il-każ, fuq l-intervenjenti, jekk hija tintervjeni fil-kawża u topponi r-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Copisa Proyectos y Mantenimientos Industriales, SL

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-elementi verbali “CPI COPISA INDUSTRIAL” għal servizzi fil-klassi 37 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 600 313

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark nazzjonali figurattiva bl-elementi verbali “Cpi construcción promociones e instalaciones, s.a.” u r-reġistrazzjoni nazzjonali tan-numru kummerċjali Nru 85 647 “Construcción, Promociones e Instalaciones, S.A. – C.P.I.” għal servizzi fil-klassi 37

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.