Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ġunju 2013 – Out of the blue vs UASI – Dubois et (FUNNY BANDS)

(Kawża T-344/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Out of the blue KG (Lilienthal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u D. Kipping, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Frédéric Dubois et (Lasne, il-Belġju)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-4 ta’ April 2013 fil-Każ R 542/2012-2;

tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti;

fil-każ li F. Dubois jipparteċipa fil-proċeduri bħala intervenjent, jordna lill-intervenjent ibati l-ispejjeż tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-AppellTrade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali li tinkludi l-element verbali “FUNNY BANDS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 14, 17 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 350 794Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: is-sinjal Ġermaniż mhux irreġistrat “FUNNY BANDS” għal diversi prodotti u servizzi u attivitajietDeċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.