Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2014 – Out of the blue vs UASI – Dubois et (FUNNY BANDS)

(Kawża T-344/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali FUNNY BANDS – Isem kummerċjali nazzjonali preċedenti FUNNY BANDS – Isem tad-dominju tal-internet nazzjonali preċedenti ‘www.funny-bands.com’ – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009 – Użu fin-negozju ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma huwiex biss lokali – Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 – Ċaħda tal-oppożizzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Out of the blue KG (Lilienthal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u D. Kipping, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Frédéric Dubois (Lasne, il-Belġju) etSuġġettRikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ April 2013 (Każ R 542/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Out of the blue KG u F. Dubois et.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud.2)    Out of the blue KG hija kkundannata għall-ispejjeż.