Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-346/13) 1

(“FAEGG – Taqsima ta’ Garanziji – FAEG u Faeir – Infiq eskluż mill-finanzjament – Miżuri ta’ żvilupp rurali – Agroambjent – Adegwatezza tal-kontrolli – Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment I.-K. Chalkias, X. Basakou u A.-E. Vasilopoulou, sussegwentement A.-E. Vasilopoulou, G. Kanellopoulos u O. Tsirkinidou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marcoulli u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/214/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ĠU L 123, p. 11).DispożittivId-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/214/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, hija annullata, sa fejn timponi fuq ir-Repubblika Ellenika korrezzjoni finanzjarja ta’ 2 % f’dak li jirrigwarda s-submiżuri agroambjentali “Biedja Organika” u “Trobbija Bijoloġika”.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 245, 24.8.2013.