Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2015 – Curdt-Christiansen vs Il-Parlament

(Kawża F-120/14) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Spejjeż ta’ vjaġġ annwali – Artikolu 7(3) u Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Stabbiliment tal-post tal-oriġini u taċ-ċentru tal-interessi – Talba għar-reviżjoni tal-post tal-oriġini – Kunċett ta’ ċentru tal-interessi – Tibdil tar-residenza ta’ membru tal-familja – Terminu li ġie fi tmiemu bejn it-tibdil taċ-ċentru tal-interessi u t-talba għar-reviżjoni tal-post tal-oriġini – Natura eċċezzjonali tar-reviżjoni)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Caspar Curdt-Christiansen (Perl, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u N. Chemaï, aġenti)Suġġett tal-kawżaTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jbiddel il-post tal-oriġini tiegħu għal Larnaca (Ċipru) u ċ-ċentru tal-interessi tiegħu għal Singapor, minflok Montréal (il-Kanada), wara t-trasferiment tiegħu fil-Parlament Ewropew.Dispożittiv tas-sentenzaIr-rikors huwa miċħud.C. Curdt-Christiansen għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.

____________

1 ĠU C 7, 12.01.2015, p. 57.