Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta' Lulju 2010 -Kurrer vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-139/06) 1

"Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Membri tal-persunal temporanju maħtura uffiċjali - Kandidati inklużi f'lista ta' riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Regoli tranżitorji ta' klassifikazzjoni fil-grad matul ir-reklutaġġ - Klassifikazzjoni fil-grad skont ir-regoli l-ġodda inqas favorevoli - Artikolu 5(4) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal"

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Christian Kurrer (Watermael-Boitsfort, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B Driessen u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2006, li permezz tagħha ir-rikorrent, membru tal-persunal temporanju kklassifikat fil-grad A7 (li sar A*8) u li għadda mill-Kompetizzjoni Ġenerali COM/A/3/03, inħatar uffiċjal bil-klassifikazzjoni A*6, skala 2, skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, u dan mingħajr ma nżammu l-punti ta' mertu li kien ġemma bħala membru tal-persunal temporanju.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjez tagħha.

____________

1 - ĠU C 20, 27.01.07, p. 39