Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Jannar 2013 – Katrakasas vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-24/11) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjonijiet interni COM/INT/OLAF/09/AD 8 u COM/INT/OLAF/09/AD 10 – Ġlieda kontra l-frodi – Eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni ta’ ammissjoni għall-eżami orali – Eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni – Kundizzjonijiet ta’ diplomi u ta’ esperjenza professjonali – Regola tal-anonimat – Ksur tal-Artikolu 31 tar-Regolamenti tal-Persunal – Użu ħażin ta’ poter – Suġġett tal-eżami bil-miktub li jiffavorixxi kategorija ta’ kandidati – Aġir ta’ membru ta’ bord tal-għażla waqt l-eżami orali)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

PartijietRikorrent: Nicolas Katrakasas (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers u P. Pecho, aġenti, sussegwentement B. Eggers, aġent)SuġġettServizz pubbliku – Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-bord tal-għażla tal-kompetizzjoni li ma jiġix inkluż isem ir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva fil-kuntest tal-kompetizzjoni COM/INT/OLAF/09/AD8DispożittivIr-rikors huwa miċħud.N. Katrakasas għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.