Language of document : ECLI:EU:T:2009:195





Sentenza tal‑Qorti tal‑Prim’Istanza (It‑Tmien Awla) tal‑11 ta’ Ġunju 2009 – Il‑Greċja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑33/07)

“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Żejt taż-żebbuġa, qoton, passolina u frott taċ-ċitru – Nuqqas ta’ osservanza tat-termini ta’ ħlas – Terminu ta’ 24 xahar – Evalwazzjoni tal-infiq li għandu jiġi eskluż – Kontrolli importanti – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Estrapolazzjoni tal-konstatazzjonijiet ta’ nuqqasijiet”

1.                     Agrikoltura - FAEGG - Clearance ta’ kontijiet (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, kif emendat bir-Regolament Nru 2245/1999, Artikolu 8(1)) (ara l-punti 80-82, 116, 117, 140, 197, 265, 279, 285, 292-294, 321, 372)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Regolamenti - Regolament li jistabbilixxi miżuri speċifiċi ta’ stħarriġ (ara l-punti 166, 190)

3.                     Dritt Komunitarju - Prinċipji - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Kundizzjonijiet (ara l-punt 227)

4.                     Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG - Proċedura ta’ clearance tal-kontijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, l-inċiż (a) tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7(4); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, kif emendat bir-Regolament Nru 2245/1999, Artikolu 8(1)) (ara l-punti 230-232, 236, 240, 381)

5.                     Rikors għal annullament - Ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkanċella għajnuna finanzjarja Komunitarja (Artikolu 231 KE) (ara l-punt 380)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/932/KE, tal-14 ta’ Diċembru 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu nfiq magħmul mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 355, p. 96), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna ċertu nfiq magħmul mir-Repubblika Ellenika fis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa, tal-qoton, tal-passolina, tal-frott taċ-ċitru u tal-kontroll finanzjarju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.