Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles - il-Belġju) – bpost SA vs Autorité belge de la concurrence

(Kawża C-117/20) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kompetizzjoni – Servizzi postali – Sistema ta’ tarifikazzjoni adottata minn fornitur ta’ servizz universali – Multa imposta minn awtorità regolatorja nazzjonali tas-settur postali – Multa imposta minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 50 – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Eżistenza tal-istess reat – Artikolu 52(1) – Limitazzjonijiet għall-prinċipju ta’ ne bis in idem – Kumulu ta’ proċeduri u ta’ sanzjonijiet – Kundizzjonijiet – Tfittxija ta’ għan ta’ interess ġenerali – Proporzjonalità)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: bpost SA

Konvenut: Autorité belge de la concurrence

fil-preżenza ta’: Publimail SA, Il-Kummissjoni Ewropea

Dispożittiv

L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 52(1) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li persuna ġuridika tiġi ssanzjonata permezz ta’ multa talli tkun wettqet ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, meta, għall-istess fatti, din il-persuna kienet diġà s-suġġett ta’ deċiżjoni definittiva wara proċedura relatata ma’ ksur ta’ leġiżlazzjoni settorjali li jkollha bħala għan il-liberalizzazzjoni tas-suq ikkonċernat, bil-kundizzjoni li jeżistu regoli ċari u preċiżi li jippermettu li jiġi previst liema atti u ommissjonijiet jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kumulu ta’ proċeduri u ta’ sanzjonijiet kif ukoll il-koordinazzjoni bejn iż-żewġ awtoritajiet kompetenti, li ż-żewġ proċeduri jkunu tmexxew b’mod suffiċjentement ikkoordinat f’intervall ta’ żmien qrib u li s-sanzjonijiet imposti kollha jikkorrispondu għall-gravità tar-reati mwettqa.

____________

1     ĠU C 161, 11.5.2020.