Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2011 – Stichting Woonlinie et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑202/10)
“Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali – Għajnuna eżistenti – Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru – Rikors għal annullament – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”
Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara bidliet għal skema ta’ għajnuna eżistenti dwar sistema ġenerali ta’ finanzjament ta’ kumpanniji ta’ akkomodazzjoni kompatibbli mas-suq intern - Aċċess għall-iskema ta’ għajnuna miftuħa abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mingħajr limitu fuq in-numru ta’ benefiċjarji potenzjali - Rikors ta’ kumpannija eliġibbli għall-imsemmija skema - Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263, TFUE) (ara l-punti 23, 24, 26-28, 32, 33, 43)
Suġġett
| Talba għall-annullament parzjali tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 – il-Pajjiżi l-Baxxi – Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni. |
Dispożittiv
1) | | Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) | | Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent ta’ Vesteda Groep BV, tal-Assoċjazzjoni ta’ investituri istituzzjonali fil-proprjetà immobbli tal-Pajjiżi l-Baxxi, tal-kumpannija ta’ akkomodazzjoni tal-Wallonie, tal-Unjoni soċjali għall-akkomodazzjoni u tal-Kumitat Ewropew ta’ koordinazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali (Cecodhas). |
3) | | Stichting Woonlinie, Stichting Allee Wonen, Woningstichting Volksbelang, Stichting WoonInvest u Stichting Woonstede għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
4) | | Vesteda Groep, l-Assoċjazzjoni ta’ investituri istituzzjonali fil-proprjetà immobbli tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-kumpannija ta’ akkomodazzjoni tal-Wallonie, l-Unjoni soċjali għall-akkomodazzjoni u l-Cecodhas, li talbu sabiex jintervjenu, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |