Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Frar 2022 – LACD GmbH vs BB Sport GmbH & Co. KG

(Kawża C-133/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LACD GmbH

Konvenut: BB Sport GmbH & Co. KG

Domandi preliminari

Ikun hemm rekwiżit eventwali ieħor mhux marbut mal-konformità, fis-sens tal-punt 14 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 jew fis-sens tal-punt 12 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/771 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti, li temenda r-Regolament (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE 2 meta l-obbligu tal-garanti jkun marbut ma’ ċirkustanzi inerenti fil-persuna tal-konsumatur, b’mod partikolari mal-attitudni suġġettiva li huwa għandu fir-rigward tal-oġġett li jkun inbiegħ lilu (f’dan il-każ, is-sodisfazzjon li huwa jħoss fir-rigward ta’ dan l-oġġett u li jitħalla fid-diskrezzjoni tiegħu), mingħajr ma jkun neċessarju li dawn iċ-ċirkustanzi personali jkunu marbuta mal-istat jew mal-karatteristiċi tal-oġġett mibjugħ?

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

L-assenza ta’ rekwiżiti bbażati fuq ċirkustanzi inerenti fil-persuna tal-konsumatur (f’dan il-każ, is-sodisfazzjon li huwa jħoss fir-rigward tal-oġġetti akkwistati) għandha tiġi stabbilita abbażi ta’ ċirkustanzi oġġettivi?

____________

1     ĠU 2011, L 304, p. 64.

1     ĠU 2019, L 136, p. 28; rettifiki fil-ĠU 2019, L 305, p. 61 u fil-ĠU 2020, L 86, p. 18.