Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2014 – EE vs UASI

(Kawża T-143/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EE Ltd (Hatfield, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Novembru 2013 mogħtija fil-Każ R 703/2013-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrappreżenta apparat b’disinn safrani għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 16, 25, 35-39, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 388 311

Deċiżjoni tal-eżaminatur: trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni mhux eliġibbli għal reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.