Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – SolarWorld et vs Il-Kunsill

(Kawża T-141/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); Brandoni solare SpA (Castelfidardo, l-Italja); u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 1238/2013 1 ;

tgħaqqad din il-kawża mal-Kawża T-507/13; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 3 tar-regolament ikkontestat jirrifletti żball manifest ta’ evalwazzjoni, u jikser l-Artikolu 8 tar-Regolament Bażiku ta’ Antidumping 2 , sa fejn jeżenta mill-miżuri l-produtturi Ċiniżi li minnhom il-Kummissjoni aċċettat impriża konġunta bi ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal smigħ xieraq u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, id-drittijiet tar-rikorrenti tad-difiża, u l-Artikoli 8(4) u 19(2) tar-Regolament Bażiku ta’ Antidumping.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 3 tar-regolament ikkontestat jirrifletti żball manifest ta’ evalwazzjoni, u jikser l-Artikolu 8 tar-Regolament Bażiku ta’ Antidumping, sa fejn jeżenta mill-miżuri l-produtturi Ċiniżi li minnhom il-Kummissjoni aċċettat impriża konġunta illegali.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 3 tar-regolament ikkontestat jikser l-Artikolu 101(1) TFUE sa fejn jagħti lil ċerti produtturi Ċiniżi eżenzjoni mill-miżuri inkwistjoni fuq il-bażi ta’ offerta ta’ impriża, aċċettata u kkonfermata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/707/UE  u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE  , li hija arranġament tal-iffissar tal-prezzijiet orizzontali.

____________

____________

1  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE, tal- 4 ta’ Diċembru 2013, li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti ta’ anti-dumping u antisussidji li jikkonċerna

w l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ miżuri definittivi (ĠU L 325, p. 214).  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE, tat-2 ta’ Awwissu 2013, li taċċetta impenn offrut b’rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċer