Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2014 – SolarWorld et vs Il-Kunsill

(Kawża T-141/14 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Dumping – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); Brandoni solare SpA (Castelfidardo, l-Italja); u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat u J. Beck, solicitor)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: B. Driessen, aġent)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 1).DispożittivIt-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.L-ispejjeż huma rriżervati.