Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Mejju 2014 — SolarWorld et vs Il-Kunsill
(Kawża T‑142/14 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sussidji — Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (ċelloli) li joriġinaw jew li ġejjin miċ-Ċina — Dazju kumpensatorju definittiv — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13-15)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Riskju ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali — Riskju li ma jikkostitwixxix fih innifsu dannu gravi (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 4, 16 u 47; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 17, 18, 20-23, 25)
3. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-interess suġġettiv tar-rikorrent — Esklużjoni (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 28)
4. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu finanzjarju — Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti — Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 30-32)
Suġġett
| Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 66). |
Dispożittiv
1) | | It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) | | L-ispejjeż huma rriżervati. |