Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2016 – SolarWorld et vs Il-Kunsill

(Kawża T-141/14) 1

[“Rikors għal annullament – Dumping – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u tal-komponenti ewlenin tagħhom (ċelloli) li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Eżenzjoni tal-importazzjonijiet li huma suġġetti għall-impenn aċċettat – Indissoċjabbiltà – Inammissibbiltà”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); Brandoni solare SpA (Castelfidardo, l-Italja); u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: B. Driessen, aġent)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-parti rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Stobiecka-Kuik, aġenti) ; Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc. (Changshu, iċ-Ċina) ; Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc. (Luoyang, iċ-Ċina) ; Csi Cells Co. Ltd (Suzhou, iċ-Ċina); CsiSolar Power (iċ-Ċina), Inc. (Suzhou) (rappreżentanti: A. Willems u S. De Knop, avukati, u K. Daly, solicitor); u China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products (Beijing, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J.F. Bellis, F. Di Gianni u A. Scalini, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin tagħhom (ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc., Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc., Csi Cells Co. Ltd u Csi Solar Power (China) għandhom jitneħħew mill-Kawża T-141/14 bħala intervenjenti.

SolarWorld AG, Brandoni solare SpA u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

Il-Kummissjoni Ewropea, Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc., Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc., Csi Cells Co. Ltd, Csi Solar Power (China), Inc. u ċ-China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 142, 12.5.2014.