Language of document : ECLI:EU:T:2016:68





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-1 ta’ Frar – SolarWorld et vs Il-Kunsill

(Kawża T‑142/14)

“Rikors għal annullament – Sussidji – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u tal-komponenti ewlenin tagħhom (ċelloli) li joriġinaw jew li jintbagħtu miċ-Ċina – Dazju kompensatorju definittiv – Eżenzjoni tal-importazzjonijiet li huma suġġetti għall-impenn aċċettat – Indissoċjabbiltà – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Suġġett – Annullament parzjali – Kundizzjoni – Natura diviżibbli tad-dispożizzjonijiet ikkontestati – Kriterju oġġettiv (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 48-51)

2.                     Rikors għal annullament – Suġġett – Annullament parzjali – Kundizzjoni – Natura diviżibbli tad-dispożizzjonijiet ikkontestati – Dispożizzjoni ta’ regolament tal-Kunsill li teżenta mid-dazji antidumping ċerti importazzjonijiet li huma suġġetti għal impenn aċċettat mill-Kummissjoni – Annullament li jwassal għal bidla tas-sustanza tar-regolament – Kundizzjoni mhux sodisfatta (Artikolu 263 TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1239/2013, Artikolu 1(2), u (2)) (ara l-punti 54, 55, 60, 61)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 66).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc., Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc., Csi Cells Co. Ltd u Csi Solar Power (China) għandhom jitneħħew mill-Kawża 7T-141/14 bħala intervenjenti.

3)

SolarWorld AG, Brandoni solare SpA u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea, Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc., Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc., Csi Cells Co. Ltd, Csi Solar Power (China), Inc. u ċ-China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.