Language of document : ECLI:EU:T:2015:667

Kawża T‑161/13

First Islamic Investment Bank Ltd

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran bil-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Żball ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Proporzjonalità”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2015

1.      Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Att li jwassal għal miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew ta’ entità – Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji – Indirizz magħruf tal-persuna kkonċernata fil-mument tal-adozzjoni tal-att – Terminu li jibda jiddekorri mid-data tal-komunikazzjoni individwali – Oneru tal-prova

(is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 102(2); Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 46(3))

2.      Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2012/829/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 1264/2012)

3.      Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Rekwiżiti minimi

(Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2012/829/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 1264/2012)

4.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Dritt suġġett għal talba lill-Kunsill f’dan is-sens – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Ksur – Konsegwenzi

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK u 2012/829/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 267/2012 u Nru 1264/2012)

5.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt għall-eżerċizzju liberu ta’ attività ekonomika – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 23-29)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 42-44)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 69-74)

4.      Fir-rigward ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran, bħall-iffriżar tal-fondi tal-entitajiet li jagħtu sostenn lill-gvern Iranjan, meta tiġi kkomunikata informazzjoni preċiża biżżejjed, li permezz tagħha l-entità kkonċernata tkun tista’ tesprimi b’mod utli l-opinjoni tagħha dwar il-provi mressqa kontriha mill-Kunsill, il-prinċipju ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża ma jimplikax li din l-istituzzjoni għandha l-obbligu li tagħti, b’mod spontanju, aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-fajl tagħha. Huwa biss meta ssir talba mill-parti kkonċernata li l-Kunsill huwa obbligat jagħti aċċess għad-dokumenti amministrattivi mhux kunfidenzjali kollha li jkunu jikkonċernaw il-miżura inkwistjoni.

F’dan ir-rigward, fl-assenza ta’ terminu eżatt stabbilit mil-leġiżlazzjoni applikabbli, il-Kunsill huwa marbut li jagħti aċċess għad-dokumenti kkonċernati f’terminu raġonevoli. Madankollu, matul l-eżami tan-natura raġonevoli tat-terminu li jkun ġie fi tmiemu, għandu jitqies il-fatt li, peress li l-persuna jew l-entità kkonċernata ma għandhiex dritt ta’ smigħ qabel l-inklużjoni inizjali tal-isem tagħha fil-listi ta’ persuni u entitajiet imsemmija mill-miżuri restrittivi, l-aċċess għall-fajl jikkostitwixxi l-ewwel opportunità għaliha li tieħu konjizzjoni tad-dokumenti miżmuma mill-Kunsill insostenn tal-imsemmija inklużjoni u li, għaldaqstant, għandu interess partikolari għad-difiża tagħha.

Madankollu, l-assenza ta’ komunikazzjoni jew il-komunikazzjoni tardiva ta’ dokument li l-Kunsill ibbaża ruħu fuqu sabiex jadotta jew iżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi li jikkonċernaw entità ma tikkostitwixxix ksur tad-drittijiet tad-difiża li jiġġustifikaw l-annullament tal-atti adottati preċedentement sakemm ma jiġix stabbilit li l-miżuri restrittivi kkonċernati ma setgħux jiġu adottati jew miżmuma fis-seħħ b’mod legali jekk id-dokument mhux ikkomunikat kellu jiġi skartat bħala prova kontra.

(ara l-punti 79, 80, 84)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 94-99)