Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ottubru 2010 - MIP Metro vs UASI - J.C. Ribeiro SGPS (MISS B)

(Kawża T-485/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MIP METRO Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : J.C. Ribeiro SGPS S.A. (Sta Maria de Feira, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara bħala inammissibbli r-rikors, flimkien mal-annessi ppreżentati, kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-5 ta' Awwissu 2010, fil-Każ R 1526/2009-1;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija tirreferi għall-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal trade mark għal prodotti fil-klassijiet 14 u 25, għaliex hija inkompatibbli mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (Regolament dwar it-trade mark Komunitarja);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: J.C. Ribeiro SGPS S.A.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "MISS B" għal prodotti fil-klassijiet 14, 16, 18, 21, 25 u 28

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: reġistrazzjoni Ġermaniża u internazzjonali tat-trade mark verbali "miss H." għal prodotti fil-klassijiet 6, 9, 14, 16, 18, 25 u 26, kif ukoll reġistrazzjoni Ġermaniza tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "Miss.H" għal prodotti fil-klassijiet 3, 8, 9, 14, 16, 18, 20, 24, 25 u 26

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, għaliex teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).