Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Lulju 2013 – FNV Kunsten Informatie en Media vs Staat der Nederlanden

(Kawża C-413/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FNV Kunsten Informatie en Media

Konvenut: Staat der Nederlanden

Domandi preliminari

Ir-regoli tal-kompetizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol konkluż bejn assoċjazzjonijiet ta’ persuni li jimpjegaw u assoċjazzjonijiet tal-ħaddiema, li tipprevedi li l-persuni li jaħdmu għal rashom li jwettqu għal persuna li timpjega, abbażi ta’ ftehim ta’ xogħol, l-istess xogħol bħall-ħaddiema li jaqgħu taħt il-ftehim kollettiv ta’ xogħol għandhom jirċievu tariffa minima speċifika, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, peress li din id-dispożizzjoni tinsab fi ftehim kollettiv ta’ xogħol?

F’każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda hija fin-negattiv, din id-dispożizzjoni hija b’hekk eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE fil-każ li hija (b’mod partikolari) maħsuba sabiex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaqgħu taħt il-ftehim kollettiv ta’ xogħol, u f’dan ir-rigward huwa wkoll rilevanti jekk il-kundizzjonijiet tax-xogħol jkunux b’hekk mtejba direttament jew biss indirettament?