Language of document : ECLI:EU:T:2009:333





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2009 – Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-162/07)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Unjoni doganali – Prova tal-oriġini Komunitarja tal-prodotti tas-sajd marittimu – Impossibbiltà li jiġu prodotti ċerti dokumenti bħala prova – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Responsabbiltà tal-Komunità fin-nuqqas ta’ aġir illegali tal-korpi tagħha”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 45-47)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – It-tieni paragrafu tal‑Artikolu 288 KE – Kamp ta’ applikazzjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 74-77)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara nuqqas min-naħa tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jadottaw id‑dispożizzjonijiet li jippermettu lill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru, li jaċċettaw bħala prova tal-oriġini Komunitarja ta’ prodotti tas-sajd marittimu dokumenti oħra minbarra l-formola T2M prevista mir-Regolament tal‑Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d‑dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).

Dispożittiv

1)     Ir-rikors huwa miċħud.

2)     Pigasos Alieftiki Naftiki Etaireia hija kkundannata għall-ispejjeż.