Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2013 – Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-465/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comunidad Autónoma de Cataluña (Cataluña, Spanja) u Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació de la Generalitat de Catalunya (Cataluña, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, N. Ruiz García, M. Muñoz de Juan u M. Reverter Baquer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara l-motivi għal annullament invokati insostenn ta’ dan ir-rikors bħala ammissibbli u fondati;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, b’mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha, sa fejn din tiddikjara l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern;

tannulla, għaldaqstant, l-ordnijiet ta’ rkupru previsti fl-Artikoli 3 u 4 tad-deċiżjoni; utikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.Motivi u argumenti prinċipaliId-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawża T-462/13, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni.Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw l-istess motivi bħal dawk invokati fl-imsemmija kawża.