Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2016 – Arrow Group u Arrow Generics vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-467/13) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-depressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram – Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Kompetizzjoni potenzjali – Prodotti mediċinali ġeneriċi – Barrieri għad-dħul fis-suq li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ privattivi – Ftehimiet konklużi bejn proprjetarju ta’ privattivi u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Multi – Ċertezza legali – Prinċipju ta’ nulla poena sine lege – Tul tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni – Drittijiet tad-difiża – Ksur uniku u kontinwu”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arrow Group ApS (Roskilde, id-Danimarka) u Arrow Generics Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. D. Kon, C. Firth u C. Humpe, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras u B. Mongin, aġenti, assistiti minn G. Peretz, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 final, tad-19 ta’ Ġunju 2013, li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT/39226 – Lundbeck), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Arrow Group ApS u Arrow Generics Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 313, 26.10.2013.