Language of document : ECLI:EU:T:2016:452





tmilcjeSentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Settembru 2016 –
Merck vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑470/13)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-prodotti mediċinali ta’ kontra d-depressjoni li jinkludu l-ingredjent farmaċewtiku attiv citalopram – Kunċett ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Kompetizzjoni potenzjali – Prodotti mediċinali ġeneriċi – Barrieri għad-dħul fis-suq li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ privattivi – Ftehimiet konklużi bejn il-proprjetarju ta’ privattivi u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Żball ta’ liġi – Żball ta’ evalwazzjoni – Imputabbiltà tal-ksur – Responsabbiltà tal-kumpannija omm għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq minn waħda mis-sussidjarji tagħha – Ċertezza legali – Terminu raġonevoli – Multi”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 56, 57, 441)

2.                     Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kompetizzjoni potenzjali – Possibbiltà reali u konkreta għal impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi li tidħol b’riskju fis-suq fil-preżenza ta’ prodotti mediċinali protetti bi privattivi – Ftehim bejn il-proprjetarju ta’ privattivi u impriżi ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi li jista’ jostakola dan id-dħul – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni potenzjali (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 81‑87, 102, 103, 111, 112, 119, 120, 124, 151, 152, 164, 176, 179, 180, 227, 245, 300, 301)

3.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Portata tal-oneru probatorju – Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni – Sensiela ta’ indizji – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Applikabbiltà – Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata (Artikoli 101(1) TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 88‑96, 98, 99)

4.                     Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru – Kwistjoni ta’ fatt – Inklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 136)

5.                     Att tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata (Artikoli 101 TFUE, 261 TFUE u 296(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31) (ara l-punti 140, 272, 493, 495)

6.                     Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Kontenut u għan ta’ akkordju kif ukoll kuntest ekonomiku u legali tal-iżvilupp tiegħu – Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba r-riżultat – Intenzjoni tal-partijiet li jilħqu ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni – Kriterju mhux neċessarju – Ksur minħabba l-għan – Grad suffiċjenti ta’ dannu – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 185‑191, 208‑210, 212, 213, 258, 260, 262, 265, 385, 454‑460)

7.                     Akkordji – Projbizzjoni – Ksur – Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi – Ftehim konkluż bejn laboratorju ta’ oriġini u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Pagamenti bil-kontra ta’ natura sproporzjonata marbuta ma’ esklużjoni tal-kompetituri mis-suq – Inammissibbiltà (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 198, 224‑226, 228, 231, 234, 248, 275, 283‑288, 290, 292, 459)

8.                     Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi – Ftehim konkluż bejn laboratorju ta’ oriġini u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – L-iktar soluzzjoni profittabbli jew l-inqas waħda ta’ riskju għall-impriżi inkwistjoni – Għan li jiġu evitati l-effetti ta’ regoli legali eċċessivament sfavorevoli – Assenza ta’ effett fuq in-natura illegali ta’ dawn il-ftehimiet (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 248, 289, 387, 388)

9.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Obbligu għall-Kummissjoni li timxi mal-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha – Assenza – Żieda tal-livell ġenerali tal-multi – Ammissibbiltà (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 263, 517‑519)

10.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Twettiq b’mod intenzjonat jew b’negliġenza – Kunċett – Impriża li ma setgħetx ma tkunx taf bin-natura antikompetittiva tal-aġir tagħha – Ftehim konkluż bejn laboratorju ta’ oriġini u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Pagamenti bil-kontra ta’ natura sproporzjonata marbuta ma’ esklużjoni tal-kompetituri mis-suq – Inklużjoni (Artikolu 101 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 5 u 23(2)) (ara l-punti 267, 501, 502, 509‑512)

11.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae – Ftehimiet bonarji fil-qasam tal-privattivi – Inklużjoni – Ftehim konkluż bejn laboratorju ta’ oriġini u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Applikazzjoni tal-kriterju tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-privattiva – Test mhux rilevanti – Ksur minħabba l-għan (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punt 273)

12.                     Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Restrizzjoni anċillari – Kunċett – Natura oġġettiva u proporzjonata – Restrizzjoni li għamlet l-operazzjoni prinċipali iktar diffiċli jew inqas profittabbli – Ftehim konkluż bejn laboratorju ta’ oriġini u impriża ta’ prodotti mediċinali ġeneriċi – Klawżoli li jillimitaw il-kompetizzjoni u li huma anċillari għall-protezzjoni ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali – Assenza ta’ restrizzjoni oġġettivament neċessarja (Artikolu 101(1) TFUE) (ara l-punti 307, 308)

13.                     Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija omm u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija omm fuq is-sussidjarji miżmuma 100 % minnha – Obbligi probatorji tal-kumpannija li tixtieq tikkonfuta din il-preżunzjoni (Artikolu 101 TFUE) (ara l-punti 427‑435, 445)

14.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Obbligi tal-Kummissjoni – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Annullament tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur minħabba tul eċċessiv tal-proċedura – Kundizzjoni – Ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-impriżi kkonċernati – Evalwazzjoni fid-dawl tal-proċedura fl-intier tagħha (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 470‑474, 483)

15.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Tul eċċessiv tal-proċedura amministrattiva – Għibien tal-provi rilevanti għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża – Oneru tal-prova – Obbligi li jaqgħu fuq impriża diliġenti (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punt 475)

16.                     Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Preskrizzjoni fil-qasam tal-multi – Bidu tad-dekorrenza – Ksur uniku u kontinwu (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 25) (ara l-punt 482)

17.                     Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata – Tnaqqis minħabba t-tul eċċessiv tal-proċedura – Teħid inkunsiderazzjoni globali tal-fatti tal-kawża (Artikolu 101 TFUE u 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(1) u 31) (ara l-punti 493‑495, 525, 526)

18.                     Kompetizzjoni – Multi – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas – Determinazzjoni tas-sehem mill-multa li għandha tiġi sostnuta mill-kodebituri in solidum fir-relazzjoni interna tagħhom – Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali (Artikolu 101(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 530‑537)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 final, tad-19 ta’ Ġunju 2013, li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT/39226 – Lundbeck), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Merck KGaA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Generics (UK) Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.