Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2014 – Si.mobil vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/11) 1

(“Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Suq Sloven tat-telefonija ċellulari – Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment – Trattament tal-każ minn awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru – Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Si.mobil telekomunikacijske storitve d.d. (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentanti: inizjalment P. Alexiadis u E. Sependa, solicitors, sussegwentement P. Alexiadis, P. Figueroa Regueiro u A. Melihen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Giolito, B. Gencarelli u A. Biolan, sussegwentement C. Giolito u A. Biolan, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentanti: T. Mihelič Žitko u V. Klemenc, aġenti); u Telekom Slovenije d.d. li qabel kienet Mobitel, telekomunikacijske storitve d.d. (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentanti: J Sladič u P. Sladič, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C(2011) 355 finali, tal-24 ta’ Jannar 2011, li tiċħad, minħabba n-nuqqas ta’ interess ġuridiku tal-Unjoni Ewropea, l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra Mobitel, għal aġir allegatament kuntrarju għad-dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni fis-suq Sloven tat-telefonija ċellulari (Każ COMP/39.707 - Si.mobil / Mobitel).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Si.mobil telekomunikacijske storitve d.d. hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ Telekom Slovenije d.d.Ir-Repubblika Slovena għandha tbati l-ispejjeż tagħha.