Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2014 – Vans vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ linja mmewġa)

(Kawża T-53/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta linja mmewġa – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 – Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vans, Inc. (Cypress, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Hirsch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Novembru 2012 (Każ R 860/2012-5), li tikkonċerna l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta linja mmewġa bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Vans, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.