Appell ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2022 minn Sanford LP mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) fl-10 ta’ Novembru 2021 fil-Kawża T-443/20, Sanford vs EUIPO – Avery Zweckform (Labels)
(Kawża C-19/22 P)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Sanford LP (rappreżentant: J. Zecher, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Avery Zweckform GmbH
Permezz ta’ digriet tas-6 ta’ April 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li Sanford LP għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha.
____________